Friday, October 18, 2024

Krzystof Piatek se jingħaqad ma’ Basaksehir

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Pollakk Krzystof Piatek se jkompli l-karriera tiegħu fit-Turkija hekk kif intlaħaq ftehim ma’ Basaksehir.

L-iskorer prolifiku li lagħab ukoll ma’ AC Milan u Genoa fost l-oħrajn, fl-istaġun li għadda libes il-flokk ta’ Salernitana għalkemm hu proprjeta’ ta’ Hertha Berlin.

Illum El Pistolero, kif inhu magħruf, se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi sabiex eventwalment isir parti mit-tim Tork.

Sport