Wednesday, January 21, 2026

“Ksibna suċċess minħabba l-kuntatt personali mal-ħaddiema” – Theo Vella

Aqra wkoll

Is-Segretarju tat-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi Theo Vella tkellem dwar il-bosta kisbiet li għamlet din it-Taqsima li kompliet tikber tul is-snin tant li l-għadd ta’ membri żdiedu għal aktar minn 4,000. Qal li rnexxielhom jibnu relazzjoni mill-aqwa ma’ diversi ħaddiema mifruxa f’diversi setturi. 

Huwa fost l-oħrajn fakkar kif ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv mal-Agenzija għas-Servizzi tad-Detenzjoni u n-Non Uniformed grades mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, iffirmaw ukoll it-tieni ftehim settorjali għas-suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta, għall-Uffiċjali Korrettivi mal-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi u għall-Uffiċjali tal-Komunità mal-Aġenzija LESA. 

Barra minn hekk, it-Taqsima ffirmat aktar ftehim kollettivi ma’ kumpaniji privati fil-qasam tas-sigurtà u qegħdin fil-proċess ta’ negozjati mal-Aġenzija LESA u mad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li qed jiġi negozjat flimkien mas-Civili Protection Union (CPU).

Is-Segretarju Vella tenna jgħid: “Jekk ikolli nidentifika għaliex flimkien bħala Taqsima irnexxielna niksbu tant suċċess, ir-risposta hija sempliċi ħafna, il-kuntatt personali mal-ħaddiema.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport