Monday, December 23, 2024

KSU u FKNK jikkundannaw l-att “kriminali” taż-żagħżugħ li allegatament qatel 4 fjammingi

Aqra wkoll

Kien membru mal-organizzazzjoni Kaċċaturi San Ubertu iżda tkeċċa ftit tax-xhur ilu “fuq reat simili”

“Kriminali bħal dik il-persuna li allegatament sparat u qatlet erba’ fjammingi mill-ponta tal-Qawra ma baqax posthom qalb is-soċjeta’ ċiviliżata, ċertament mhux fost il-komunita’ tal-kaċċaturi membri tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).” Hekk qalet fl-istqarrija tagħha l-organizzazzjoni FKNK. Mill-informazzjoni inizjali li ġabret il-FKNK, din il-persuna mhjiex missieħba fl-FKNK.

Min-naħa tagħha l-organizzazzjoni Kaċċaturi San Ubertu (KSU) qalet li hi tikkundanna bla riservi atti simili li huma ta’ dannu għal kaċċaturi li fil-maġġoranza assoluta tagħhom josservaw il-liġi. Kaċċaturi San Ubertu tafferma li dan l-abbuż m’għandu l-edba rabta ma’ kaċċa legali u sostenibbli u li jservi biss biex itellef lil minn jimxi mal-liġi.

Tavża li din il-persuna kienet ila sena membru tagħha imma kienet tkeċċiet ftit xgħur ilu fuq rejat simili. Kaċċaturi San Ubertu tħaddan prinċipju ta’ tolleranza żero għal tali ksur ta’ liġi u twissi li tali atti kriminali mumiex aċċettabli. Twissi ukoll li minn mhux lest jimxi mal-liġi jitkeċċa min membru skond il-principji li tħaddan din l-għaqda u ma jkunx jista iġedded il-liċenzja. Kaċċaturi San Ubertu tistenna li tali rejati għandom jiġu punibli skond il-massimu li tagħti il-liġi

Ekonomija

Sport