Sunday, November 24, 2024

KUL ĠELAT GĦALL-KOLAZZJON

Jitfakkru t-tfal kollha li bħalissa qegħdin jiġġieldu l-marda tal-kanċer

Aqra wkoll

Illum, 18 ta’ Frar hija l-ġurnata li l-komunità internazzjonali tfakkar lit-tfal kollha li bħalissa qegħdin jiġġieldu biex ifiequ mill-kanċer.

Għalhekk hemm inizjattiva li fiha l-popli madwar id-dinja jkunu mħeġġin biex jieklu ġelat għall-kolazzjon.

L-inizjattiva bdiet fl-2013 propju għaxar snin ilu meta grupp ta’ persuni fakkru lit-tifla Malia Grace li kienet twieldet fit-18 ta’ Frar tal-2001, iżda minħabba l-marda tal-kanċer hija mietet fl-2010.

Fl-2013 dan il-grupp ta’ ħbieb bit-tama li jfakkru lil Maila u anke lit-tfal li qegħdin jieħdu kura għal kanċer ħarġu b’idea li għal ġurnata biss, jibdew il-ġurnata tagħhom billi jieklu ġelat. Fl-ewwel sena kienu ftit li ħadu sehem fiha, iżda sena wara li kien hemm 55 familja nvoluti f’din l-inizjattiva biex għaxar snin wara din inferxet mad-dinja kollha.

F’għeluq ta’ kull messaġġ li jingħata f’din il-ġurnata, kull għaqda tħeġġeġ lin-nies biex jagħtu donazjoni lit-tfal li qegħdin jiġġieldu l-marda tal-kanċer.

Sport