Il-Papa Franġisku fid-diskors tiegħu tal-Milied sejjaħ lill-mexxejja biex jassiguraw li ma jkunx hemm xkiel fil-proċess tat-tilqim u biex kull pajjiż ikollu aċċess għat-tilqima tal-COVID-19.
Għall-ewwel, dan il-Milied Franġisku kien qiegħed jgħaddi l-messaġġ tiegħu b’mod virtwali minn ġewwa l-Vatikan. Huwa qal li m’għandux ikun hemm kundizzjonijiet għal dan it-trattament mediku.
Il-Papa enfasizza fuq dan il-punt minħabba tħassib li pajjiżi sinjuri qegħdin jagħmlu minn kollox biex jixtru kemm jista’ jkun dożi tal-vaċċin, b’detriment fuq pajjiżi anqas sinjuri. Il-Papa qal li ma nistgħux niffurmaw sisien u li lkoll ninsabu fuq l-istess dgħajsa.
Fost suġġetti oħra li għamel referenza għalihom l-Papa kien hemm dawk li bagħtew minn vjolenza domestika f’dan il-perjodu tal-pandemija u problemi ta’ ġlied bejn pajjiżi bħalma huma s-Sirja, l-Yemen, il-Libja, in-Niġerja u l-Iraq.