Wednesday, July 24, 2024

Kulħadd irid jgħid kelma waħda… Grazzi Dun Raymond

Aqra wkoll

“Intom illum għeżiez membri tal-parroċċa taż-Żurrieq u tant famljari bl-preżenza tagħkom tgħidu kelma waħda biss; ‘Grazzi Dun Raymond’

Dan qalu l-Arċisqof Charles Scicluna waqt l-omelija, hekk kif kienet qed tingħata l-aħħar tislima lill-Dun Raymond Cassar, saċerdot maħbub ħafna miż-Żurrieq, fil-knisja parrokjali taż-Żurrieq.

Fl-omelija, Scicluna qal ukoll; “Aħna lkoll lill-Dun Raymond nafuh, forsi mhux aħna biss, jafuh oħrajn li mingħalihom li jafuh, imma ma jafuhx daqs dawk in-nies li huma ħafna li missew miegħu fis-saċerdozju tiegħu, li permezz tiegħu irċivew il-maħfra, it-tqarbin, il-karitá”.

Ftit tax-xhur ilu Dun Raymond kien spiċċa f’nofs kontroversja minħabba li waqt quddiesa beda “jgerger” u “jirrabja” filwaqt li nstema jgħid “Jien il-President”.

Il-filmat tiegħu kienu rawh bl-eluf fejn kien hemm min ikkritikah u daħak bih, iżda kien hemm min faħħru għax tkellem kif tkellem.

Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li Dun Raymond kien qassis eżemplari ħafna u kien iservi ż-Żurrieq fin-Nigret.

Ekonomija

Sport