“Kulħadd jiġi bl-istorja tiegħu biex jitlob quddiem il-Kurċifiss”. Hekk stqarr Patri Marcello Ghirlando, Gwardjan tal-Komunità Franpiskana ta’ Għajnsielem.

Kien tmiem il-ġimgħa sħiħa li fi kliem il-Gwardjan żaru l-Kurċifiss Mirakoluż li jinżamm fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Velletta mijiet u eluf ta’ persuni.

Il-qofol ta’ kollox intlaħaq ilbieraħ filgħaxija hekk kif mill-knisja żgħira tal-patrijiet sar pelleġrinaġġ lejn il-pjazza Madonna ta’ Loretu f’Għajnsielem stess liema pellegrinaġġ attendew għalih mijiet kbar ta’ nies.

Il-Kurċifiss Mirakoluż ittieħed fil-gżira Għawdxija fuq inizjattiva tal-Isoqf Anton Teuma li kien wera x-xewqa li dan ikun Għawdex fil-bidu tar-Randan tal-Ġublew tat-Tama. Din kienet it-tieni darba li dan il-Kurċifiss ittieħed Għawdex bl-ewwel darba tkun fl-1944.