Sunday, December 22, 2024

“Kulħadd jista’ jinvestiga kemm irid għax m’għandna xejn x’naħbu” – Joseph Muscat

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru u kap tal-Partit Laburista Joseph Muscat għal darba oħra qiegħed isostni li kulħadd jista’ jinvestiga kemm irid għax m’hemm xejn li hu u familtu għandhom x’jaħbu. Huwa wieġeb b’dan id-diskors għal rapporti lokali li dehru fl-aħħar sigħat li jindikaw li investigaturi fil-Pilatus Bank irrakkomandaw li jkun hemm iktar investigazzjoni biex jaraw jekk saritx transazzjoni ta’ US $1 miljun allegata dwar Egrant, anki jekk ma hemm l-ebda indikazzjoni dwar dan. 

Muscat żied jgħid li għalkemm hu ma rax ir-rapport imsemmi, jistieden lil kull min jixtieq biex jinvestiga kemm irid. Qal ukoll li jekk mhux diġà ġew mistoqsijin, jittama li l-Istati Uniti jkunu mistoqsija jekk kienx hemm xi flus li ħadu jew hu jew martu. “La jien, la marti u lanqas familti m’għandna x’naqsmu la ma’ Egrant u lanqas ma’ l-ebda transazzjoni, kif diga’ kkonkludiet inkjesta indipendenti”, kompla Muscat.

Muscat qal li dan kollu qiegħed iseħħ wara li hu u familtu għaddew minn “kalvarju bbażat fuq firem foloz”, u li ddeterminaw li kellhom raġun. B’hekk hu qiegħed mill-ġdid isostni li ma jiddejjaq xejn jekk ikun hemm aktar tħaffir biex ixejjen anke jekk hemm l-icken dubju.

Huwa temm jgħid li l-mistoqsijiet li jsegwu pero ma jiġġustifikawx din l-istess konklużjoni li qiegħda toħroġ dwar dawn ix-xnigħat u għalhekk jistaqsi “min se jikkumpensa lill-poplu għall-miljuni li ntefqu u jistgħu jkomplu jintefqu fuq invenzjoni Egrant kontra tiegħi u li saret biex tistabbilizza lill-Gvern? Min se jagħmel ġustizzja mal-familja tagħna fuq din il-gidba?”

Ekonomija

Sport