Wednesday, April 24, 2024

“Kull ħajja li tinħasad kiesaħ u biered għandha l-istess valur” – Il-PM Robert Abela

Aqra wkoll

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru ltaqa’ ma’ numru ta’ persuni li jaħdmu fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza.

Matul il-laqgħa ġew diskussi r-realtajiet ta’ nisa li sfaw vittmi f’ċirkostanzi li kienu marbuta mal-ġeneru u l-femiċidju.

Il-Prim Ministru sostna li biex ikollna soċjetà aktar ġusta, jeħtieġ li jkompli jittejjeb dak li hemm stabbilit filwaqt li jittieħdu d-deċiżjonijiet neċċessarji, abbażi tad-djalogu, biex isir aktar. Kien għalhekk li stieden f’Kastilja lil dawn l-attivisti u esperti biex wieħed jiddiskuti kif nistgħu nkomplu nsaħħu ħidmet pajjiżna mal-ħafna li diġà sar.  

Hawn, Dr Abela tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jikkumbatti b’iktar qawwa realtajiet koroh bħal stupru u femiċidju. Filwaqt li fl-aħħar snin saru anke għadd ta’ bidliet leġiżlattivi, il-Prim Ministru tkellem dwar proposti oħra li jistgħu jkunu kkunsidrati u rrimarka fuq l-importanza li jkompli jiżdied l-għarfien u rringrazzja lil kull min ta’ kuljum qed jaħdem biex ikompli jkun vuċi importanti f’dawn l-oqsma.

Sport