Tuesday, December 10, 2024

“Kull individwu jixraqlu ħajja sesswali sikura, ħielsa minn sfurzar, diskriminazzjoni, u vjolenza”

Imnedija t-tieni Strateġija Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali

Aqra wkoll

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela nieda t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-ħarsien tas-Saħħa Sesswali għall-konsultazzjoni pubblika.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif it-tieni Strateġija Nazzjonali tas-Saħħa Sesswali 2025–2030, hija pass importanti fl-isforzi kontinwi li pajjiżna qed jagħmel biex jippromwovi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi fil-popolazzjoni Maltija għas-sitt snin li ġejjin.

Il-Ministru Abela qal kif id-demografija tal-popolazzjoni tagħna, l-imġiba, il-ħtiġijiet tas-saħħa, kollha nbidlu, kif ukoll l-opportunitajiet li għandna f’termini ta’ avvanzi fid-dijanjostika, il-prevenzjoni u t-trattament. “Dan ifisser ukoll li rridu nkunu proattivi fit-tħejjija għall-isfidi attwali u futuri f’dan il-qasam,” żied jgħid il-Ministru.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif f’Malta seħħew għadd ta’ bidliet kemm soċjali kif ukoll leġiżlattivi, li sawru l-pajsaġġ tas-saħħa sesswali u riproduttiva f’Malta. Irrimarka kif dawn ġabu fuq quddiem nett l-importanza li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u d-drittijiet tas-saħħa sesswali tal-membri kollha tal-popolazzjoni tagħna, b’enfasi partikolari fuq gruppi speċifiċi.

“Permezz tal-kontribut ta’ bosta, irridu nħarsu li navviċinaw is-saħħa u l-benessri sesswali minn perspettiva pożittiva, billi niffukaw fuq il-ħtiġijiet attwali, in-normi soċjali, u l-isfidi li jiffaċċjaw popolazzjonijiet ewlenin fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa sesswali. L-għan tagħna huwa li niżguraw li l-individwi kollha jkollhom ħajja sesswali sikura, ħielsa minn sfurzar, diskriminazzjoni, u vjolenza,” temm jgħid il-Ministru Abela.

Il-pubbliku u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma mħeġġa biex jipparteċipaw fil-proċess ta’ konsultazzjoni sal-11 ta’ Frar 2025. Is-suġġerimenti jistgħu jintbagħtu hawn.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport