Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol tkellem dwar ix-xogħol u qal li bħala Ministru jrid jara li l-familji Maltin u Għawdxin jidħlu għal xogħol li jagħtihom biżżejjed flus li m’għandhomx għalfejn jaħdmu sa nżul ix-xogħol biex jirritornaw ma’ familthom. Pero biex naslu hemm hemm bżonn li jsir ħafna xogħol u dan jista’ jsir billi jitjieb il-livell tal-ħiliet f’pajjiżna.
“Fis-sena 2021 qegħdin naraw suq li fin-natura tiegħu jinbidel fi żmien qasir u l-pass huwa wieħed mgħaġġel ħafna u jekk nagħtu ħarsa lejn iż-żgħażagħ tal-lum li jkollhom bejn 30 u 35 sena wassluhom biex biddlu mal-għaxar impjiegi u b’hekk dan ifisser li dawn baqagħlhom mal-35 sena oħra li fihom jistgħu jżidu l-ħiliet tagħhom biex jibdlu kull sfida f’opportunità biex javvanzaw fil-karriera tagħhom”, spjega l-Ministru.