“Għadni kemm attendejt ifs-sala tal-għadd tal-Voti għax infetħu l-voti għall-post battal ta’ kunsilliera li kienet rriżenjat. Kont tfajt in-nomina u kull ma ġibt kien disa’ voti. Daqshekk iħobbuni l-Ħamruniżi. L-aqwa l-Ħamrun. Ma ġara xejn imma urejt li hemm għadni u għadni konsistenti, u xi darba jaf inkun hemm. Dawn huma l-Ħamruniżi. Tihom il-ballun u mhux is-sigurtà u affarijiet oħra importanti. L-importanti il-futbol. Oqgħod aħdem Noel u aħli l-ħin għall-Ħamruniżi. Jien dan qatt ma’ kelli xi rridu. Jien m’għandi bżonn xejn u m’għandi bżonn ħadd. Jien għax inħobb lill-Ħamrun u lil art twelidi. Imma il-Malti sawwtu u jċapċaplek. Tgħid ġiet hekk hux”.
Noel Apap, kien l-uniku kandidat li tefa’ in-nomina għall-elezzjoni każwali. Dan sar wara li ftit tal-jiem ilu tħabbret elezzjoni każwali biex jimtela’ l-post ta’ Carmen Borg li kienet ġiet eletta fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fis-sena 2024 f’isem il-Partit Laburista.
Apap ma telax bħala kunsillier għaliex f’elezzjoni każwali jkun jeħtieġ li jakkwista mill-inqas nofs il-voti tal-eks kunsilliera Borg. Hu kellu bżonn 250 vot iżda hu ġab biss 9 voti. Issa hu f’idejn il-Partit Laburista li jsib sostitut għal Borg. Dwar dan Noel Apap val li “issa jilħaq fil-Kunsill xi ħadd minn barra li ma kienx kandidat ghal l-elezzjoni minn tal-PL jew tal-PN.”

