Thursday, March 6, 2025

“Kull meta l-Istati Uniti tbiegħdu mill-valuri demokratiċi u ddistanzjaw ruħhom mill-alleati Ewropej, l-istess Stati Uniti spiċċat theddida għaliha nfisha”

Lech Walesa f’ittra lil Donald Trump

Aqra wkoll

Il-famuża laqgħa ta’ nofsiegħa bejn il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump u l-President Ukren Volodymyr Zelensky fil-White House, liema kienet mistennija ħafna imma intemmet ħesrem minħabba l-mod kif żviluppat. Saru għadd ta’ dikjarazzjonijiet. Min tkellem sitwazzjoni ta’ ibbuljar minn Trump u dawk ta’ madwar fosthom il-Viċi Vance.

Oħrajn tkellmu għal mod kif kienet ambjentata din il-laqgħa. U ovvjament meta tara kif qamu kwistjonijiet redikoli fosthom il-fatt li Zelensky ma’ marx bil-libsa. Quddiem dan u l-kwistjoni mqajma mill-Viċi Vance li Zelensku ma rringrazzjax lill-Istati Uniti għall-għajnuna li tat, wasslu biex il-laqgħa spiċċat b’argumenti jaħarqu. Meta wieħed jara l-vuċi kultant għolja u l-attitudni li intweriet lejn Zelinsky, tidher li kienet ippjanata u ma kinitx laqgħa li marret ħażin. Wieħed ma jkunx żbaljat li jgħid li segħet kienet ippjanata li tispiċċa ukoll b’dak il-mod, biex imbagħad jinħoloq kjass wara.

Wieħed ma jridx jinsab id-dikjarazzjoni li kien għamel Donald Trump fil-kampanja Presidenzjali meta kien qal li l-gwerra fl-Ukrajna jwaqqafha f’ġurnata. Dik id-dikjarazzjoni, ovvjament li ma kinitx realistika, illum tidher li hi aktar ikkumplikata.

Dawk li kellhom ikunu taħditiet diplomatiċi biex jiddiskutu l-futur tal-Ukrajna u ftehim possibbli dwar il-minerali, Trump beda ripetutament jgħajjat ma’ Zelenskyy quddiem il-ġurnalisti. “Qed tilgħab bil-ħajja ta’ miljuni ta’ nies. Qed tirriskja t-Tielet Gwerra Dinjija,” kienu dikjarazzjoni li għamel Trump lil Zelenskyy. Ma waqafx hemm u qallu li dak li qed tagħmel huwa diżrispett kbir lejn il-pajjiż, lejn dan il-pajjiż.”

Il-kwistjoni bejniethom splodiet meta Zelenskyy wieġeb għad-dikjarazzjoni tal-Viċi President Vance li t-triq għall-paċi trid lij kun hemm l-involviment ta’ diplomazija mar-Russja. Trump imbagħad iddikjara li -Ukrajna trid tagħmel il-kompromessi biex ittemm il-gwerra, u stqarr li ma jistgħux isiru ftehimiet mingħajr kompromessi. Kien hawn li imbagħad qal li hu l-medjatur.

Bil-laqgħa tintemm ħesrem, għalkemm il-bieb tal-Istati Uniti baqa’ miftuħ għal aktar laqgħat, il-President Donald Trump wara l-laqgħa qal li Zelenskyy mhux lest għall-paċi. Qal li jista’ jirritorna meta jkun lest għall-paċi.

Din id-diskussjoni suppost kellha twassal għall-iffirmar tal-ftehim dwar il-minerali.

Wara dak li seħħ, kien hemm għadd ta’ dikjarazzjonijiet favur Zelensky mingħand mexxejja Ewropej. Mhux biss imma l-istess mexxejja iltaqgħu bejniethom u quddiem it-twaqqif ta’ għajnuna mill-Istati Uniti lill-Ukrajna, huma wegħdu għajnuna ta’ €800 biljun biex l-Unjoni Ewropea tarma lilha nfisha. Deċiżjoni li qajmet kritika kbira f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej.

Wara din il-laqgħa spikkat ittra minn Lech Wałesa, ilħaddiem li kien jaħdem fil-Lenin Shipyard illum magħrufa bħala Gdansk Shipyard. Hu kien jaħdem fl-elettriku kien attivist fit-trejdunjoniżmu. Walesa kien sar il-mexxej tas-Solidarnosc li finalment wasslet għat-tmiem tal-Komuniżmu fil-Polonja.

Walesa kiteb ittra lil President tal-Istati Uniti wara l-laqgħa ma’ Zelensky. L-eks President tal-Polonja Lech Walesa kiteb li “rajna ir-rapport tad-diskussjonijiet li kellem mal-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, b’biża’ u dispjaċir. Hu insult li tistenna li l-Ukrajna turi rispett u gratitudni għall-għajnuna materjali mogħtija mill-Istati Uniti fil-ġlieda tagħha kontra r-Russja. Il-gratitudni hija dovuta lis-suldati Ukreni, li huma eroj, li xerrdu demmhom għad-difiża tal-valuri li jiffurmaw dinja ħielsa. Is-suldati Ukreni ilhom ixerrdu demmhom għal aktar minn 11-il sena f’isem il-valuri u l-indipendenza ta’ art twelidhom, li ġiet attakkata mir-Russja ta’ Putin. Ma nifhmux kif il-mexxej ta’ pajjiż li jissimbolizza d-dinja ħielsa mhux jagħraf dan”.

Walesa jkompli jgħid li “l-atmosfera li kien hemm waqt id-diskussjoni fakkritna fl-interrogazzjonijiet li kienu jsiru mis-Servizzi tas-Sigurtà u fil-qrati Komunisti. Il-prosekuturi kmenu jgħidulna li huma għandhom il-poter kollu filwaqt li aħna ma kellna xejn.”

Jisħaq li “kienu neħħewlna l-libertajiet u d-drittijiet ċivili tagħna għax konna nopponu u nagħmlu oppożizzjoni. Ninsabu ixxukkjati kif il-President Volodymyr Zelensky ġie trattat bl-istess mod. L-istorja dejjem urietna li kull meta l-Istati Uniti tbiegħdu mill-valuri demokratiċi u ddistanzjaw ruħhom mill-alleati Ewropej, l-istess Stati Uniti spiċċat theddida għaliha nfisha. Il-President Wilson kien fehem dan fl-1917 meta iddeċieda li l-Istati Uniti għandhom jissieħbu fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-President Franklin Roosevelt fehem dan meta, wara l-attakk fuq Pearl Harbour f’Diċembru tas-sena 1941, iddeċieda li biex jiddefendi l-Amerika il-gwerra trid tiġi miġġielda mhux biss fil-Paċifiku iżda wkoll fl-Ewropa”.

Ikompli jgħid li “irridu infakkru li mingħajr il-President Ronald Reagan u l-impenn finanzjarju tal-Istati Uniti, il-waqgħa tal-imperu Sovjetiku ma kienx ikun possibbli. Il-President Reagan irrikonoxxa li miljuni ta’ nies skjavi batew fir-Russja Sovjetika u l-pajjiżi li kienet ħakmet, inklużi eluf ta’ priġunieri politiċi li ħallsu għad-difiża tagħhom tal-valuri demokratiċi bil-libertà tagħhom. Hu kien jsejjaħ lill-Unjoni Sovjetika “Imperu tal-Ħażen” u ġġildilha b’mod deċiżiv. Irbaħna, u llum, l-istatwa tal-President Reagan tinsab f’Varsavja, quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti.”

Wales jgħid ukoll li “l-għajnuna materjali, militari u finanzjarja, qatt ma tista’ tiġi mqabbla mad-demm imxerred f’isem l-indipendenza tal-Ukrajna u l-libertà tal-Ewropa u tad-dinja ħielsa kollha. Il-ħajja tal-bniedem hija imprezzabbli, il-valur tiegħu ma jistax jitkejjel fi flus. Il-gratitudni hija dovuta lil dawk li jissagrifikaw demmu u l-libertà tagħhom. Dan huwa evidenti minnu nnifsu għalina bħala eks priġunieri politiċi tar-reġim komunista taħt ir-Russja Sovjetika.”

Itemm jgħid li “nappellaw lill-Istati Uniti biex iżżomm il-garanziji li saru flimkien mar-Renju Unit fil-Memorandum ta’ Budapest tal-1994, li stabbilixxa obbligu dirett biex tiddefendi l-integrità territorjali tal-Ukrajna bi skambju għar-rinunzja tagħha mill-armi nukleari. Dawn il-garanziji huma bla kundizzjoni”, itemm jgħid Lech Walesa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport