“Kull mewt fuq il-baħar hija traġedja mhux biss umana imma wkoll tas-soċjetà. Meta jmutu t-tfal, din it-traġedja umana issir aktar ta’ qsim il-qalb. Nisħaq li min jorganizza dawn it-traġitti, dan it-traffikar ta’ bnedmin, qiegħed jilgħab lobgħa perikoluża bil-ħajja tan-nies. Meta l-bniedem iħalli l-flus jieħdu valur aktar mill-ħajja, vera jkun miss il-qiegħ. Nirringrazzja lil membri tal-forzi armati ta’ Malta tal-isforzzi tagħhom biex jiġu evitati dawn id-diżastri.”
Dan sostnieh ma’ dan is-sit, il-Ministru għas-Saħa, Jo Etienne Abela b’rabta mad-diversi każi ta’ imwiet ta’ tfal fil-Meiditteran. Fost dawn jispikka il-każ ta’ tifla ta’ seba’ snin. Kienet salvat amill-baħar u spiċċat fi stat ħażin ħafna.
Fuq il-bastiment ta’ għaqda non governattiva għamlulha s-CPR u ġiet salvata. It-tifla flimkien mă’ ommha u oħtha ġew evakwati lejn Malta. Ġara iżda li hi mietet fl-Isptar.