Kull min jattenda għall-quddies għandu jilbes maskra jew visor. Dan kien ikkonfermat mill-Knisja f’Malta permezz ta’ stqarrija.
Il-Knisja qalet li fl-istess waqt se jibqgħu japplikaw il-miżuri tad-distanza soċjali, it-teħid tat-temperatura u miżuri oħrajn.
Dawn il-miżuri huma konformi mal-obbligi stipulati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa dwar il-postijiet ta’ qima, li ġew aġġornati lbieraħ.