Grupp ta’ 170 żagħżugħ u żagħżugħa ftit tal-ħin ieħor se jitilqu minn Malta lejn Lisbona fil-Portugall sabiex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi b’rabta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li fihom se jieħu sehem ukoll il-Papa Franġisku.

Huma se jingħaqdu ma’ grupp ieħor li telqu minn Malta aktar qabel, li flimkien se jgħaqqdu l-kontinġent Malta ta’ aktar minn 570 żagħżugħ/a. Id-delegazzjoni Maltija se tkun immexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma.

F’kummenti lil Talk.mt l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma qal li din mhix l-ewwel esperjenza tiegħu li se jattendu għal Jum Dinij taż-Żgħażagħ.
Sostna li dan għandu jkun mument fejn kull min se jattendi se jkollu ftit aktar għarfien tal-persuna ta’ Ġesù.
Fil-jum dinji taż-żgħażagħ saret tradizzjoni li tmur lura bosta snin fejn fiha ż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità li jiltaqgħu u jitkellmu mal-Papa attwali.