Sunday, December 22, 2024

“Kull pajjiż għandu jkollu pjan dettaljat”

Illum tintemm il-COP28

Aqra wkoll

Sas-sena 2025, il-pajjiżi kollha għandu jkollhom fis-seħħ pjan dettaljat li juri kif se  jadattaw għall-impatti attwali u futuri tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi tagħhom. Ma dan, il-pjan irid juri l-progress li jkun qed isir fl-implimentazzjoni ta’ dak l-istess pjan  sas-sena 2030. Dan jiddikjarah l-abbozz ta’ dokument dwar il-bidla fil-klima, liema abbozz mistenni li jkun parti mill-ftehim fi tmiem s-summit dwar il-klima COP-28. Is-summit qiegħed isir f’Dubaj u jintemm illum.

Jingħad li t-temperaturi globali diġà żdiedu b’1.1 gradi  minn kemm kienu qabel ir-rivoluzzjoni industrijali. 

Fl-aħħar sigħat kien hemm negozjati finali għaddejjin dwar id-dokument finali, fejn ma tonqosx il-pressjoni minn kumpaniji kbar fl-industrijali tal-fjuwils.

Ekonomija

Sport