Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-bodybuilding?
L-imħabba tiegħi lejn il-bodybuilding bdiet billi mort nara kompetizzjoni tal-IFBB u minn hemmhekk daħlet passjoni kbira f’qalbi.
X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa bħala atleta?
Bħala suċċessi f’ħajti s’issa hija darba peró nħossni kburija li rnexxieli nasal sal- aħħar u rnexxieli nitla’ nikompeti fuq il-palk. Dan kien l-ewwel tragward f’ħajti li xtaqt u rnexxieli!
Kif tqis il-livell tal-bodybuilding f’pajjiżna fil-preżent?
Il-livell f’pajjiżna fil-preżent jalla jkun aħjar u iktar b’saħħtu.
Kif tqis il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna fil-preżent?
Bħala mentalitá għal quddiem jalla tkun iktar faċli biex jifmu x’sagrifiċċju nkunu qegħdin nagħmlu biex nikkompetu.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-bodybuilding?
Bħala futur tiegħi fil-bodybuilding huwa li nispera li ħajti tkun ħafna aħjar ħalli tagħtini ċans għat-taħriġ u nkompli nħares ‘il quddiem.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-bodybuilding.
Il-messaġġ tiegħi huwa li għal dawk kollha li għandhom ġibda kbira lejn il- bodybuiling ma jaqtgħu qalbhom qatt u kull pass li jagħmlu jitgħallmu minnu biex dejjem ikunu aħjar!

