Meta wieħed isemmi l-ismijiet ta’ dawk imsejħa Lifestyle Presenters u awturi li jħallu marka dejjiema fil-qlub tal-udjenza, Kamil Willinsky jibqa’ eżempju ċar ta’ kif passjoni, attenzjoni għad-dettall u għarfien profond tal-kultura u l-ospitalità jistgħu joħolqu stejjer li jħossu u jinħarsu minn kulħadd. Minn ristoranti bi stili partikolari sa lukandi emblematiċi fl-Ewropa, Kamil ma kienx biss spettatur: anzi hu qagħad wara l-kwinti, jiġbor il-mumenti li ħafna drabi jgħaddu inosservati, u jqassamhom b’mod li jagħmel lill-qarrej u lill-udjenza jħossuhom parti minn kull esperjenza.

F’intervista esklussiva li tana, Kamil jispjega b’passjoni: “Ix-xogħol tiegħi dejjem kien imwaqqaf fuq ħaġa waħda: li ngħid stejjer li jġibu rispons u jħossu f’qalb in-nies.”
Għalih, ix-xogħol mhux biss dwar fejn imur, iżda kif iħossu u jarah dak il-ħin: l-enerġija, id-dettalji u l-mumenti li ħafna drabi ma narawx huma l-qalba ta’ dak li joħloq. “Eżempju dak li jagħmel platt, veduta, jew ġest hi xi ħaġa li diffiċli tinsiha,” jgħid Kamil. Il-vidjows tiegħu ma jkunux immexxija minn xi moda partikolari jew xi mod tal-massa, iżda minn istint u stil personali li jħallih jifforma kull proġett b’attenzjoni, emozzjonalità u influwenza kbira.
Fis-sena 2025, Kamil Wilinsky ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu, A Taste of Two Homes, riflessjoni tal-vjaġġ tiegħu bejn Malta u pajjiżi oħra, u apprezzament għall-istejjer li ffurmaw il-vuċi tiegħu. “Meta finalment qbadt il-ktieb f’idejja, ma kienx biss it-titlu u l-kontenut li fih iżda kien vjaġġ li beda f’Malta, żviluppa fl-Italja, u issa qed jiġi maqsum magħkom ilkoll,” jispjega Kamil.
Dan il-ktieb huwa l-proġett l-aktar personali li qatt għamel. “Jinkludi l-postijiet, in-nies, u l-mumenti li ffurmaw it-triq tiegħi mill-ewwel passi fl-ospitalità sa ċeni eleganti ma’ kokijiet internazzjonali.”

Il-ktieb hu stampat fuq paġni ta’ kwalità għolja u fuq barra dik il-qoxra tant attraenti li għandu, li jagħtu sens ta’ eleganza u raffinatezza li jaqbel mal-istejjer li hemm ġo fih. Kamil jemfasizza: “Kull min isegwi l-vjaġġ tiegħi jew qed jidħol f’dan il-proġett issa, jista’ jħoss il-mumenti reali wara l-kamera, fl-ispazji, ir-ristoranti u l-esperjenzi li qatt ma jinsew.”
Meta staqsejnieh dwar Malta u kif saret parti mid-dinja tiegħu, Kamil qalli: “Malta kien vjaġġ li seħħ fl-aħħar minuta. Il-ktieb huwa awtobiografija mmexxija minn stejjer dwar Malta u oħrajn li seħħew hawnhekk. Bdejt nagħmel ħafna aktar ħbieb u dan għen ħafna sabiex ċerti affarijiet iktar ikunu faċli.”
Huwa jara Malta mhux biss bħala pajjiż, iżda bħala sors ta’ ispirazzjoni, komunità u opportunitajiet biex jinħoloq stejjer li jħossu u jinħarsu minn kulħadd.
Ix-xogħol li jagħmel f’Malta huwa uniku għalih. “Noħloq stejjer dwar oħrajn, ħafna drabi għall-ewwel darba għalihom u għalija. Dan joħloq konnessjoni profondament personali u jgħinni nifhem aħjar lili nnifsi,” jispjega Kamil. Dan huwa wieħed mis-sigrieti ta’ suċċess tiegħu: il-vidjows ma jinħolqux sempliċiment biex jiġu osservati; huma esperjenzi li jqassmu l-istorja u jħalltu emozzjoni.
Fir-rigward ta’ x’jagħmel vidjo tajjeb jew kif jiġu magħmula l-ingredjenti ta’ riċetta, Kamil jgħid: “Jien mhux kok. Naħdem mal-chefs, imma nħoss u nara l-istorja wara kull platt.
Dak li noħloq hu biex inħoss, niċċelebra u naqsam l-istorja tagħhom.” Huwa jispjega li kull proġett, kull vidjo, kull mument, huwa opportunità biex tinħoloq narrattiva vera, mhux biss spettaklu.
Meta staqsejna dwar il-futur u kif jarah innifsu f’għaxar snin, Kamil qal b’entużjażmu: “Ma nistax ngħid eżatt kif se jkun, imma naf li se nkun għadni passjonat dwar dak li nagħmel. Mhux kwistjoni ta’ moda, hu mod ta’ ħajja u impatt li nixtieq nagħti. Malta għandha ħafna talenti, u se nkomplu ngħollu stejjer li kulħadd ser ikun jaf dwarhom. Din hija l-missjoni tiegħi.”
Bħala messaġġ lit-tfal u żgħażagħ, Kamil jemfasizza l-importanza li ssibu l-passjoni vera: “F’din id-dinja mimlija tentazzjonijiet, moda u divertiment li ma jdumx, kull wieħed għandu jipprova jsib il-mument ta’ silenzju tiegħu. Xi drabi tfal u żgħażagħ m’għandhomx ċans jirriflettu fuqhom infushom minħabba d-dinja storbjuża li ngħixu fiha. Fis-silenzju wieħed kapaċi jsib lilu nnifsu.”
Kamil jgħix f’Malta u jemmen li l-gżira toffri opportunitajiet uniċi. “Hawnhekk nista’ nħoss il-komunità, l-istorja u l-enerġija li ma ssibx faċilment f’postijiet oħra,” qal. Il-ktieb tiegħu, A Taste of Two Homes, jirrakkonta storja personali, emozzjonali u estetika, iżda wkoll juri valuri universali: kwalità, sbuħija u qalb.
Il-konnessjoni li beda jkollu ma’ VisitMalta u l-impenji tiegħu biex jippreżenta l-aqwa esperjenzi li Malta u l-Italja joffru jagħmlu l-proġett uniku u memorabbli.
Fil-konklużjoni ta’ din l-intervista, wieħed jista’ jgħid li Kamil Willinsky huwa eżempju ta’ kif passjoni, dedikazzjoni u attenzjoni għad-dettall jistgħu joħolqu impatt li jdum. Il-vidjows tiegħu ma jfissrux biss kontenut iżda huma stejjer ta’ saħħa u qalb, li jagħmlu lill-qarrej u lill-udjenza jirrelataw u jħossuhom konnessi.
“Kull proġett huwa uniku għalija,” jispjega Kamil, “u kull ħaġa li nagħmel trid tħalli impatt. Jien nixtieq li kull min jaqra l-ktieb jew jara l-vidjows tiegħi jħoss xi ħaġa li tibqa’ miegħu, anke wara li jispiċċa.”
Dan il-prinċipju huwa l-qalba ta’ xogħol Kamil, li jagħti storja b’sens, emozzjoni u qalb, u li joħloq esperjenza li ma tinsa qatt.