Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport jagħmel referenza għal numru ta’ applikazzjonijiet minn ġenituri li wrew ix-xewqa li jibagħtu lil uliedhom fl-iskola Dun Manwel Attard fil-Wardija li tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola u li tilqa’ fiha studenti żgħażagħ b’diżabbiltà li għandhom bejn 16 u 22 sena, ser tkun qiegħda tilqa’ fiha l-istudenti kollha li applikaw.
Dan hekk kif fl-aħħar jiem, ġew allokati aktar riżorsi umani li huma għalliema u learning support educators li jistgħu joffru servizz lill-istudenti f’din l-iskola.
Għalhekk il-Ministeru jinforma, li dawk il-ġenituri u l-istudenti kollha li fl-aħħar jiem irċevew ittra li ma kienx possibbli li jidħlu f’din l-iskola issa ser ikun possibbli li mis-sena skolastika l-ġdida jibdew jattendu fiha. Filfatt, fil-jiem li ġejjin ser jirċievu ittra oħra li tikkonferma dan.
Bl-għan tal-Ministeru huwa li jkompli jsaħħaħ din l-iskola li għamlet u ser tibqa’ tagħmel ħafna ġid.
Bl-introduzzjoni tal-Lifemap u dan l-iżvilupp fl-iskola tal-Wardija, ifissru li kull student li xtaq ikompli l-edukazzjoni tiegħu f’istituzzjoni post-sekondarja, ser ikomplu jsaħħu l-abbiltajiet tagħhom.

