Friday, November 15, 2024

“Kull suwiċidju li jsir fil-ħabs huwa dejjem, dejjem responsabbiltà tat-tmexxija tal-ħabs”

Aqra wkoll

F’reazzjoni għar-rapporti fil-midja lokali b’rabta mal-attentat suwiċidju tal-qattiel ta’ Hugo Chetcuti, Peppi Azzopardi qal li l-fatt li t-tmexxija li kien hemm fil-ħabs sa ftit taż-żmien ilu m’għadhiex hemm xorta ma tiġġustifikax dan l-att gravi.

Filwaqt li kkundanna bla ebda riżervi dak li ġara, Azzopardi qal li kif jgħid l-Imħallef Giovanni Bonello, kull suwiċidju li jsir fil-ħabs huwa dejjem, dejjem responsabbiltà tat-tmexxija tal-ħabs.

Huwa rrikonoxxa li l-amministrazzjoni l-ġdida qed terġa’ tipprova ġġib “ħabs uman” iżda sostna li jeħtieġ li jsiru bidliet urġenti. 

“It-tmexiija tal-ħabs għandha tieħu r-responsabbiltà u tara li din ma terġgħax tiġri”, temm Azzopardi.

Ekonomija

Sport