Saturday, October 26, 2024

“Kulma kien hemm bżonn kienu ftit marki fl-art”… Inċident fil-Marsa joħloq konġestjoni kbira tat-traffiku

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ftit aktar prudenza u attenzjoni setgħu jgħinu biex ħafna nies dalgħodu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom fil-ħin”. Hekk beda biex jappella persuna li aktar kmieni dalgħodu nzerta għaddej minn Triq Ħal Qormi fil-Marsa.

Kienu għall-ħabta tas-7:30 a.m meta fl-imsemmija triq seħħet ħabta bejn karozza u xarabank. Minħabba li l-ħabta kienet waħda ħafifa dan il-persuna lmenta li sfortunatament minħabba nuqqas ta’ għarfien ta’ kif għandhom jiġu solvuti dawn il-każijiet għal ċertu ħin inħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku fiż-żona. Dan seħħ minħabba li x-xarabank beda jostakola parti kbira miż-żewġ karreġjati u trakkijiet li normalment jgħaddu minn hemm biex iqassmu t-triq spiċċaw imwaħħlin jistennew li tittieħed deċiżjoni.

Dan ir-raġel fuq kitba fuq il-profil tiegħu appella biex mhux għal aktar attenzjoni li setgħet faċilment tevita dan l-inċident, iżda li f’każ li jseħħu inċidenti simili dawk involuti jippruvaw jilħqu ftehim b’tali mod li t-traffiku jkun jista’ jkompli miexi u jiġu evitati ċertu konsegwenzi.

Appella wkoll lill-pubbliku b’mod inġenerali biex minflok jinħakem minn paniku u rabja, jsejjaħ għall-għajnuna kif ukoll lill-awtoritajiet biex kemm jista’ jkun iħarsu ċertu toroq li jaraw ammont akbar ta’ karozzi biex f’każ li jseħħ inċident simili jintervjenu u jsolvu l-problema f’qasir żmien. Huwa saħħaħ dan li kien qed jgħid billi qal “Kulma kien hemm bżonn kienu ftit marki ta’ żebgħa fl-art u l-vetturi ntalbu jsuqu mill-post”.

Sport