Wednesday, December 25, 2024

Kumpanija tal-muniti tgħid li huwa possibli li tipproduċi d-deheb mill-iskart elettroniku

Aqra wkoll

Bi storja mifruxa fuq aktar minn 1,100 sena, The Royal Mint hija ż-żekka Rjali li tipproduċi u timmanifattura l-muniti. Intant ftit tal-jiem ilu din ħabbret li bdew proċess uniku, fejn mill-iskart elettroniku se jkunu qegħdin jipproduċu d-deheb

Il-kumpanija bniet impjant industrijali kbir fuq is-sit tagħha f’Llantrisant f’Wales biex tneħħi l-metall prezzjuż minn bords taċ-ċirkwiti qodma. Id-deheb bħalissa qed jintuża għall-artiġjanat tal-ġojjellerija u aktar tard huwa mistenni li jsiru muniti kommemorattivi.

L-iskart elettroniku, li jinkludi fdalijiet minn elefowns u kompjuters qodma sa televiżjonijiet huwa problema li qed tikber b’rata mgħaġġla, bin-Nazzjonijiet Magħquda tgħid li fl-2022 interma mat- 62 miljun tunnellata ta’ skart elettriku.

Persuna li jaħdem f’din il-kumpanija qalli dak li qed jagħmlu jissejjaħ tħaffir urban u li qed jieħdu prodott tal-iskkart li qed jiġi mormi mis-soċjetà u qed jinbidel f’riżors ieħor, dak tad-deheb.

Qed jiġi rrapurtat li erbat elef tunnellata ta’ skart elettroniku għandhom jiġġeneraw sa 450kg deheb, b’valura ta’madwar £27m bil-prezzijiet attwali.
Din il-bidla fin-negozju tal-iskart hija bidla kbira għar-Royal Mint.

Għal aktar minn elf sena, dan kien il-produttur uffiċjali tal-muniti tar-Renju Unit.
Bl-użu tal-flus kontanti dejjem jonqos, l-iskart elettroniku huwa mod ġdid għall-kumpanija tal-gvern biex tagħmel il-flus u tiffranka l-impjiegi.

Ekonomija

Sport