Saturday, December 21, 2024

Kumpanija tirreaġixxi għal kritika fil-midja u tinsab kommessa li toħroġ il-verità kollha

Aqra wkoll

Il-kumpanija Trebee Company Ltd., qalet li hija se tibqa’ taġixxi dejjem fl-aħjar interess tal-ħaddiema ġenwini, ġusti u dixxiplinati tagħha filwaqt li tikkundanna mingħajr ebda riservi lil dawk kollha illi jagħżlu li jagħmlu ħsara irreparabbli għal xejn b’xejn lill-kumpanija, lill-membri kollha tagħha u lill-ħaddiema oħrajn li tħaddem magħha b’tant sagrifiċċju. 

Dan intqal f’ittra ffirmata mill-avukat tal-kumpanija Dr Johann Debono b’referenza għal dak li ġie rrapurtat mill-midja lokali fis-16 ta’ Frar b’artiklu li kien jinkludi numru ta’ filmati bl-isem ta’ ‘Watch: Worker Facing Eviction Allegedly Assaulted After Leaving Exploitative Job in Malta’.

B’reazzjoni għal dan, Pierre W. Buontempo qal: “Bħala amministatur ta’ kumpanija tar-recluit u nġibu n-nies minn barra biex jaħdmu f’lukandi, fabriki jew mal-gvern, aħna ngħinuhom biex jikru appartamenti biex ikunu jistgħu jissetjaw. Din l-għajnuna nofruhilhom biex ikunu jistgħu jsibu alternattiva ta’ fejn jistgħu jmorru biex ikomplu l-ħajja tagħhom Malta.” Ara l-kumment sħiħ:

YouTube video

L-avukat qal li wara li għamel analiżi approfondita tal-fatti ma kellux dubju li s-Sur Pierre W. Buontempo bl-ebda mod ma qiegħed jabbuża mill-ħaddiema tiegħu fix-xogħol illi huwa qiegħed jaħdem magħhom fuqu u jipprovdi lill-ħaddiema tiegħu. L-avukat innota wkoll li hemm ħafna ħaddiema li jiġu f’Malta u jaħdmu bil-għaqal u jkun hemm dejjem ċirkustanzi fejn numru ta’ ħaddiema jippruvaw jagħmlu ħsara wkoll lill-kumpannija stess, wara tant sagrifiċċji li din tagħmel magħhom. 

Dr Debono qal li jaħseb li wasal iż-żmien li b’kuxjenza nibdew inħarsu lejn il-fatti kollha u dak li huwa  kundannabbli fis-soċjetà tagħna nikkundannawh fil-kuntest kollu tiegħu u mhux  nispezzettaw ‘l hawn u ‘l hemm b’konsegwenza illi jista’ jsir dannu irreparabbli għal naħa jew għall-oħra biss. 

L-avukat qal li permezz ta’ dik il-pubblikazzjoni surreferita jew b’dak l-istess Artikolu li ġie ippubblikat issa saret ħsara lill-kumpannija stess u kien proprju għalhekk illi Trebee Co. Ltd. tħoss in-neċessità illi titkellem b’ġustizzja fuq il-verità kollha kemm hi, kif wara kollox għandu jkun fid-dmir tagħha li jsir fl-interess tal-pubbliku in ġenerali u għall-beneficcju ta’ dawk kollha li jinqdew bis-servizzi u l-faċilitajiet kollha tagħha. 

Dr Debono żied jgħid: “F’Malta, għalkemm ħadd ma huwa perfett u dejjem hemm xi jsir u x’jiġi  pperfezzjonat, mhuwiex tollerabbli iżjed illi jkollna ġurnaliżmu li jkun selettiv biex jippova joħroġ sensazzjonaliżmu permezz ta’ dawk illi fil-verità qatt u fl-ebda okkażjoni m’għandhom l-intenzjoni u/jew il-volontà li jkissru d-dinjità u l-intergrità tal-ħaddiema ġenwini li jiġu f’pajjiżna, u Trebee Company Ltd. timxi fuq din ir-regola mingħajr ebda kundizzjonjiet u riservi ulterjuri fir-rigward.”

Ekonomija

Sport