Friday, July 18, 2025

Kumpens għal residenti li spiċċaw bla elettriku f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-ħaddiema tal-Enemalta kien għadhom għaddejjin bix-xogħlijiet ta’ tiswijiet meħtieġa wara li f’Wied il-Għajn intlaqtu xi cables waqt xogħlijiet minn kuntrattur privat, li affettwaw il-provvista tal-elettriku.

L-Enemalta ħabbret li minħabba li ntlaqat aktar minn cable wieħed, kien hemm effett fuq id-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona u għadha għaddejja l-ħidma biex titranġa l-ħsara.

Waqt li intqal li l-konsumaturi għadhom provvista permezz ta’ generaturi biex ikollha l-elettriku, spjegat li kien hemm żoni partikolari li kawża tal-inċident damu ħin twil bla dawl.

L-Enemalta skużat ruħha għal dan l-inċident u ddikjarat li f’dan il-każ se tħaddem il-mekkaniżmu ta’ kumpens li tħaddem fis-snin ta’ qabel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport