Tuesday, June 24, 2025

Kumpens ta’ €106,816 għal armla ta’ ħaddiem … żewġha kien weġġa’ fil-Freeport

Aqra wkoll

Il-Freeport ġie ordnat mill-Qorti tal-Appell sabiex jgħti kumpens ta’ €106,816 lill-armla ta’ ħaddiem li kien weġġa’ fil-Freeport.

Fil-Qorti, ġie spjegat li kien ir-raġel fetaħ il-kawża kontra l-Malta Freeport Terminals Limited u l-kumpanija CMA CGM SA. Huwa spjega kif fil-bidu ta’ Awwissu tal-2009 waqt li kien qiegħed iħott xi kontejner, spiċċa weġġa’ 

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kienet żammet lill-Freeport responsabbli u ordnatilha tagħti €34,648 lir-raġel. Intant il-mara tal-vittma appellat mill-mod kif inħadem il-kumpens.

Il-Qorti tal-Appell laqgħet l-appell tal-mara tal-viittma u kkonkludiet li l-kumpens kellu jkun iktar u waslet għas-somma ta’ €106,816.

Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul ppresedew il-Qorti tal-Appell.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport