Friday, November 29, 2024

Kumpens ta’ €7,000 għal kuntrattur għax il-kawża damet biex tinqata’

Aqra wkoll

Kuntrattur rebaħ €7,000 lill-Istat Malti għax il-kawża damet 18-il sena biex inqatgħet. Fil-kawża li fetaħ fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, Paul Demicoli ddeskriva d-dewmien biex inqatgħet il-kawża bħala tal-mistħija.

L-Imħallef Francesco Depasquale laqa’ t-talba tiegħu u qal li kienet irraġjonevoli li kawża tieħu daqstant snin biex tinqata’.

Demicoli kien nżamm responsabbli għall-mewt Maria Dolores Zarb u r-Russa Nadezda Vavilova li ntradmu f’tiġrif ta’ bini f’San Pawl il-Baħar Fit-traġedja tat-3 ta’ Ġunju 2004, fi Triq Ramon Perellos.

Dwar din it-traġedja kienu tressqu wkoll Kevin Bonnici u s-sid Paul Magro. Demicoli kien ikkundannat tliet snin ħabs iżda fl-appell il-piena tnaqqsitlu għal sentejn. Bonnici wkoll kien instab ħati tal-qtil involontarju taż-żewġ nisa u kien ikkundannat 18-il xahar ħabs. Magro ma kienx instab ħati u ġie liberat mill-istess akkuża.

Sport