Matul il-ġurnata tal-lum il-Police Officers Union kienu qegħdin iħeġġu lill-pubbliku biex imur jagħti d-demm.

Fil-fatt kienu diversi persuni li laqgħu din l-inizjattiva tal-POU u ħadu l-opportunità biex taw id-demm f’Notre Dame Ditch.
Il-POU tgħid li l-għotja tad-demm tista’ tagħmel differenza enormi għal dawk fil-bżonn u fuq kollox kapaċi ssalva ħajja.
Dawk kollha li għadhom ma marrux jagħtu d-demm jistgħu jagħmlu dan sal-ħin li ġej.