Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, b’kollaborazzjoni mal- Komunità Franġ iskana tal-Kapuċċini u l-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann flimkien mal-Fondazzjoni Kulturali (JP2) Papa San Ġwanni Pawlu II, qed jorganizza l-Kunċert tal-Milied bit-tema “KUNĊERT GĦALL-PAĊI”.
Dan l-avveniment, li huwa miftuħ għall-pubbliku, se jsir fil-Knisja Parrokkjali tal- Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann nhar il-Ħamis 18 ta’ Diċembru 2025 u jibda fis-7.00pm (hekk kif jintemm is-servizz fil-knisja). Il-kunċert se jinkludi għadd ta’ Melodiji tal-Milied minn J.S. Bach, G.F. Handel, Il Pastorale, Mykola Leontovych, Christmas Medley u oħrajn.
Il-kunċert se jospita kwintet mużikali (The JP2 Music Quintet) flimkien ma’ żewġ soprani lokali Roberta Hili u Giannella Muscat u t-tenur żagħżugħ Malti, Michel Angelo Muscat.




