Sunday, December 22, 2024

Kuncert Mużikali bis-sehem ta’ artisti internazzjonali

Sounds of Culture - Kunċert mill-Banda San Ġiljan

Aqra wkoll

Il-Banda San Ġiljan tiftaħ is-sena tagħha permezz ta’ kunċert nhar it-28 ta’ Jannar fit-8 ta’ filgħaxija ġewwa l-Portomaso Suite, tal-Lukanda Hilton f’San Ġiljan.


F’dan il-kunċert ser naraw mużika minn pajjiżi differenti. Fost dawn ser ikollna l-opportunità nisimgħu s-silta The Crown of India, il-valz And the Waltz goes on mill-Ewropa u Tarsena Suite tal-kompożitur Malti Daniel Vella fost oħrajn.


Għal dan il-kunċert ġew mistiedna s-Surmast internazzjonali Michele Mangani u l-Klarinettista internazzjonali Sergio Bosi. Jingħaqdu mal-Banda s-solisti Jessica Ellul u Domnic Scerri fuq il-Klarinett u d-direttur mużikali Daniel Vella.


Mal-Banda San Ġiljan ser jingħaqdu l-aħjar elementi ta’ mużiċisti Maltin u barranin sabiex flimkien inkomplu niktbu storja li b’ittri tad-deheb tnaqqax avveniment li ftit rajna bħalu.


Hekk, tisskota t-triq li l-Banda San Ġiljan ħadet sabiex tkun l-ewwel waħda li qed timraħ f’orizzonti ta’ dan it-tip, dan kollu sabiex il-livell ta’ din il-Banda jibqa’ biss tiela ‘l fuq.


Dan il-kunċert huwa mgħejjun mill-Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat. Id-dħul huwa b’xejn iżda l-postijiet iridu jiġu rriservati fuq [email protected] jew inkella fuq facebook.com/stjuliansband

Ekonomija

Sport