Nhar il-Ħadd, 20 ta’ April fl-Għid il-Kbir, il-Fondazzjoni JP2 organizzat kunċert fil-Knisja tal-Patrijiet ta’ Gieżu Għajnsielem li ospita lis-Sopran Internazzjonali minn Barcellona Montserrat Marti Caballe, bint is-Sopran magħrufa Spanjola Montserrat Caballe msemmija għad-dwett tagħha ma’ Freddie Mercury.

Is-sopran mistiedna kantat diversi xogħlijiet magħrufa akkumpanjata mill-JP2 Music Ensemble taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea. Waqt il-kunżert ħadu sehem ukoll is-solisti bravi Għawdxin, is-sopran Hilda Grima, Roberta Ħili, Gannella Muscat, Ruth Portelli u t-tenur żagħżugħ Angelo Muscat.
Is-sopran Montserrat Marti Caballe magħrufa wkoll bħala Montsita, imwieleda fl-1972, fl-imgħoddi kantat ma’ ommha fuq il-palk u ħadet sehem ukoll magħha f’diversi recordings kif ukoll kantat ukoll barra art twelidha u tat ukoll xi rappreżentazzjonijiet b’risq il-karità.