Friday, December 27, 2024

Kunċerti ikkanċellati wara theddida ta’ attakk terroristiku

Aqra wkoll

Tliet kunċerti tal-kantanta famuża Taylor Swift li kienu ppjanati fl-Awstrija ġew ikkanċellati wara theddida għas-sigurtà tan-nies. L-ispettakli, li kienu parti mit-tour Eras ta’ Swift, kellhom isiru il-bieraħ, illum u għada s-Sibt fl-Ernst Happel Stadium ta’ Vjenna.

Nhar l-Erbgħa, żewġ persuni ġew arrestati fuq suspett li ppjanaw attakki Iżlamiċi fuq dawn l-avvenimenti kbar fiż-żona madwar il-belt kapitali Awstrijaka.

Minħabba l-konferma mill-uffiċjali tal-gvern ta’ attakk terroristiku ppjanat fl-Ernst Happel Stadium, l-organizzaturi tal-kunċerti ma kellhomx għażla oħra ħlief li jikkanċellaw it-tliet wirjiet ippjanati. 

Aktar kmieni, id-Direttur Ġnerali tal-Awstrija għas-Sigurtà Pubblika, Franz Ruf, qal li ċittadin Awstrijak ta’ 19-il sena ġie arrestat l-Erbgħa filgħodu f’Ternitz fil-provinċja tal-Awstrija t’Isfel. It-tieni arrest seħħ fi Vjenna wara nofsinhar, iżda ma ngħatawx dettalji dwar is-suspettat.

Skont l-istatus attwali tal-investigazzjoni, iż-żewġ suspettati saru radikalizzati permezz tal-internet.

Sar magħruf mill-investigazzjoni illi ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ħa “ġurament ta’ lealtà” lill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fil-bidu ta’ Lulju.

Operazzjoni kbira mill-pulizija saret f’Ternitz, fejn kien joqgħod dan iż-żagħżugħ fl-istess waqt li numru ta’ djar fil-qrib ġew evakwati waqt li saret it-tfittxija tad-dar tiegħu fejn  instabu u qed jiġu eżaminati sustanzi kimiċi.

Il-Kanċillier Awstrijak Karl Nehammer f’post fuq is-sit X qal li l-kanċellazzjonijiet se jkunu “diżappunt qares għall-partitarji kollha” iżda li s-sitwazzjoni kienet serja ħafna.

Skont il-Kanċillier Nehammer, il-kooperazzjoni intensiva tal-pulizija Awstrijaka mas-servizzi barranin, it-theddida ġiet magħrufa kmieni, miġġielda u traġedja evitata.

65,000 persuna kuljum kienu mistennija jattendu għall-kunċerti, kif ukoll 22,000 oħra barra l-Ernst Happel Stadium. L-investigazzjonijiet qed ikomplu.

Eluf ta’ żgħażagħ inklużi dawk mir-Renju Unit, kienu qed jistenna bil-ħerqa biex jattendu Spettaklu tas-Sibt tant li uħud saħansitra xtraw il-biljetti aktar minn sena ilu.

Ekonomija

Sport