Saturday, November 23, 2024

Kundanna dinjija għal-liġi l-ġdida Ċiniża dwar is-sigurtà nazzjonali ta’ Hong Kong

Aqra wkoll

Mal-200 politiku dinji kkundannaw il-liġi l-ġdida li ċ-Ċina qed tippjana dwar l-aspett tas-sigurtà nazzjonali f’Hong Kong.

Pajjiżi li jinkludu r-Renju Unit, l-Awstralja u l-Kanada wrew it-tħassib tagħhom li l-leġiżlazzjoni Ċiniża għas-sigurtà nazzjonali f’Hong Kong tista’ tnawwar is-sistema tat-tmexxija tat-territorju Ċiniż.

Il-politiċi f’Hong Kong li huma favur id-demokrazija kkritikaw bil-qawwa kollha l-abbozz ta’ liġi li ġiet ippreżentata nhar il-Ġimgħa li għadda fil-ftuħ tas-sessjoni leġiżlattiva Ċiniża. L-abbozz se jkun qed jipprojbixxi tentattivi biex Hong Kong tinfired miċ-Ċina, jew intervent ta’ pajjiżi barranin dwar dan.

Din il-mossa waslet wara xhur ikkaratterizzati minn dimostrazzjonijiet li sarrfu anke fi vjolenza bejn il-pulizija u d-dimostranti.

Sport