Thursday, March 13, 2025

Kundanna għall-attakk aħrax fuq il-ġudikatura mill-fazzjoni estremista tal-PN

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista jinnota u jikkundanna bil-qawwa dak li kompla jseħħ fl-aħħar jiem, mill-fazzjoni estremista li tmexxi lill-Partit Nazzjonalista, dak ta’ attakk faħxi fil-konfront tal-ogħla istituzzjonijiet f’pajjiżna u l-pilastri tad-demokrazija f’pajjiżna.

Fil-mira tagħhom, il-Ġudikatura u l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Jekk xejn, Bernard Grech għandu juri l-awtorità tiegħu u jiddeplora dawn l-attakki li huma intiżi biss biex jintimidaw u l-istituzzjonijiet milli jwettqu xogħolhom skont il-ħaqq u s-sewwa.

Il-messaġġ tal-fazzjoni estremista li ilha toħnoq lill-Partit Nazzjonalista huwa ċar: jew tagħmel kif ngħidulek jew nattakkawk u nippruvaw inkissruk.

L-istess kienu qalu lill-Kap tagħhom stess meta poġġewgh fil-kariga u qaċċtu lil ta’ qablu kontra r-rieda demokratika tal-membri tal-istess partit.

Issa għax Magistrat ma ddeċiditx kif riedu huma, spiċċaw jakkużawha li hi komplici f’reat u f’illegalità u jridu jitfgħu f’investigazzjoni żewġ ġudikanti.

L-istess għamlu fil-Parlament.

Quddiem aġir diżġustanti min-naħa tagħhom fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u għax l-Ispeaker ma ċediex għall-pressjoni tagħhom, għajruh oxxenn u bla moħħ.

Attakki faħxija li l-Partit Laburista jibqa’ jsostni li ma hemmx f’posthom fis-soċjetà tagħna.

Niddibattu l-ideat iżda mhux inkissru n-nies.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport