Monday, December 23, 2024

Kundanna u solidarjetà mill-Parlament Malti dwar l-attakk fuq il-Capitol fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-Parlament Malti, hekk kif iltaqa’ għall-ewwel darba wara l-btajjel tal-Milied, ikkundanna l-attakki vjolenti fuq il-Kungress Amerikan minn partitarji ta’ Donald Trump nhar l-Erbgħa li għadda. Il-Parlament Malti  esprima solidarjetà mal-poplu Amerikan għal dak li seħħ.

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia li fil-bidu tas-seduta kkundanna dan l-attakk u ddeskrivieh bħala attakk fuq id-demokrazija fl-Istati Uniti. Hu qal li l-attakk hu aktar kundannabbli għall-fatt li dan sar propju fil-ħin li kien qed jiltaqa’ l-Kungress Amerikan.

Ekonomija

Sport