Sunday, December 22, 2024

Kundizzjonijiet perfetti għall-ewwel ġurnata tal-Kampjonat Internazzjonali tal-Ibburdjar Mapfre Euromed

Aqra wkoll

Il-Kampjonat Internazzjonali tal-Mapfre Euromed, regatta internazzjonali tal-ibburdjar mifruxa fuq erbat ijiem beda llum fil-Bajja tal-Mellieħa. Il-kundizzjonijiet tat-temp kienu tajbin u saru t-tiġrijiet kollha ppjanati għall-ġurnata, b’tiġrija addizzjonali ssir għall-flotta tal-Optimist Cadet u Senior

Korsijiet tlielaq kienu separati għall-Klassijiet Optimist u ILCA ġew imqiegħda fin-naħa ta’ barra tal-Bajja tal-Mellieħa, iżda b’ distanza viżibbli minn xulxin. L-unika kundizzjoni li kienet tvarja bejn iż-żewġ korsijiet kienet nefħa tal-baħar kemxejn aktar qawwija għall-Klassijiet ILCA.

Flotta Optimist

Il-Klassijiet tas-Seniors u Cadet tal -Kadetti Optimist ħadu sehem f’ erba’ tiġrijiet, bil-Klassi tal-Beginners jieħdu sehem fit-tlett tiġrijiet ippjanati.  Fl-ewwel tellieqa, b’riħ mill-Majjistral li jvarja bejn 8 -10 mil nawtiku fis-sieħga u b’imbatt ta’ 0.4m rat  l-Ispanjol Juan Domingo,  li dan l-aħħar spiċċa t-tielet fit-Trofeo Cuidad de Palma, kien qed imexxi l-flotta sal-raba’ tiġrija tal-ġurnata, meta l-ewwel post fl-aħħar tellieqa mill-Ukren Sviatoslav Madonich rah jieħu vantaġġ proviżorju u jikseb punti ndaqs ma Domingo. Warajhom fit-tielet post kien hemm Martinius Hopstock (NOR). L-ogħla klassifika Maltija għal din il-klassi, għall-ġurnata kienet Emily Fenech li spiċċat fis-sitt post.

Warajh spiċċa Martinius Hopstock (NOR), segwit mill-Ukren Sviatoslav Madonich, li dan l-aħħar spiċċa fis-sitt post fil-Kampjonati tad-Dinja. L-ogħla post miksub minn parteċipant Malti, f’din il-klassi kienet  Emily Fenech li rebħet it-tieni tiġrija u spiċċat fil-raba post.

Il-Klassi tal-Beginners rat lill-flotta tikkompeti fi tliet tiġrijiet. Il-Malti Matteo Mamo kellu prestazjoni konsistenti u bħalissa qiegħed fuq quddiem b’6 punti, quddiem Mattea Bowman (MLT) fit-tieni post u Marcello Morace (ITA) fit-tielet post. Dawn l-ahhar tnejn kisbu punti ndaqs ghall-gurnata.

ILCA Fleet

L-ewwel tiġrija rat lill-flotta tal-ILCA ittellaq f’’kundizzjonijiet ta’riħ li laħħqu madwar 10 mili nawtiċi fis-siegħa, b’imbattta’ 0.6m. Aktar tard fit-tieni tiġrija, ir-riħ żdied għal madwar 12-il mil nawtiku fis-siegħa b’imbatt kemxejn ogħla, madankollu l-kundizzjonijiet baqgħu konsistenti għat-tielet u l-aħħar tiġrija tal-ġurnata.

Malta sabet posta fil-quċċata tal-klassifika ILCA 4 kif ukoll tal-ILCA 6 permezz tal-isforzi ta’ Benjamin Vassallo u Shaun Aquilina rispettivament.

Mariyan Shangov (BUL) u Jake Mallia (MLT) segwew lil Vassallo fl-ewwel tliet postijiet tal-ġurnata. Vassallo kellu bidu tajjeb b’rebħa u b’mod konsistenti żamm żewġ it-tieni postijiet fit-tiġrijiet ta’ wara.

Minkejja bidu kemm xejn tajjeb fejn Shaun Aquilina spiċċa fis-seba’ post fl-ewwel tellieqa fil-Klassi ILCA 6, hu patta għall-ewwel riżultat billi rebaħ it-tieni u t-tielet tiġrija. Fl-istess flotta kien hemm Irene De Tomás Perelló, iċ-Champion Ewropea tat-tfajliet tal-ILCA 4 tal-2022. Perelló issa mxiet għal ILCA 6 u hi meqjusa bħala waħda mill-kompetituri li wieħed għandu jsegwi f’dan il-Kampjonat. Fit-tielet post kien Dmytro Karabadzhak (UKR), li minkejja l-ewwel żewġ tiġrijiet tajbin li rawh jispiċċa fl-ewwel u fit-tieni post, it-tielet tiġrija tal-ġurnata ratt jispiċċa fid-disa’ post.

Il-Kampjonati Internazzjonali Mapfre Euromed qed jiġu ospitati mill-Malta Young Sailors Club taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation. Il-Kampjonati huma appoġġjati minn Mapfre Middlesea, Yachting Malta, Zhik, Greens Supermarket, S&D Yachting, Kellog’s u Farsons.

It-tlielaq jerġgħu jibdew fil-Bajja tal-Mellieħa, nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru fl-1000hrs.

Għal riżultati uffiċjali u aktar informazzjoni żur – https://www.maltayoungsailors.com/homepage-2/euromed/

Ekonomija

Sport