Saturday, December 21, 2024

Kunfidenza ekonomika fl-aqwa tagħha

Aqra wkoll

L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea juri li l-kunfidenza ekonomika reġgħet irpiljat f’Jannar

Wara li fix-xahar ta’ Diċembru minħabba l-impatt tal-Omicron kien hemm tnaqqis fil-kunfidenza ekonomika, f’Jannar is-sentiment pożittiv reġa rpilja sewwa. Dan joħroġ mill-istħarriġ li jsir ta’ kull xahar mill-Kummisjoni Ewropea fost familji u negozji f’pajjiżna. 

Dan wera li fl-ewwel xahar tas-sena l-indiċi ta’ sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta’ 102. Dan huwa 2% aħjar mill-medja storika u 19% aqwa mill-livell f’Jannar tal-2021. Barra minn hekk jirriżulta li l-livell ta’ ottimiżmu kien l-istess livell tas-sentiment ekonomiku espress fix-xahar ta’ Jannar 2020, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija. 

Barra minn hekk minkejja li għadna ġo pandemija, skont l-istħarriġ ta-Kummisjoni Ewropea, f’Jannar kien hawn ottimiżmu aktar milli kien hawn f’Jannar 2013 jiġifieri qabel il-bidla fl-amministrazzjoni. Anke meta mqabbel ma’ żmien ir-riċessjoni tal-2009, il-familji u n-negozji huma ferm aktar kunfidenti. Jispikka wkoll il-fatt li jekk wieħed jieħu medja tas-sentiment li kien hawn fil-pajjiż bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, xorta f’Jannar li għadda s-sentiment ekonomiku kien aħjar milli kien f’dawk il-ħames snin.

Jannar 2022102
Jannar 202186
Jannar 2020102
Jannar 201396
Jannar 200983
Medja 2008-201395

Ta’ min jinnota li mentri madwar l-Ewropa s-sentiment ekonomiku naqas b’1% bejn Diċembru u Jannar, f’Malta dan tjieb b’5%. F’kull settur f’pajjiżna , għajr is-servizzi s-sentiment f’Jannar 2022 kien aħjar mill-medja storika.

Il-familji Maltin u Għawdxin kienu fost l-aktar kunfidenti minn fost il-familji madwar l-Unjoni Ewropea (UE). Maġġoranza ta’ 4% aktar jemmnu li l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber minn dawk li jemmnu li se tiċkien. Dan meta fl-UE maġġoranza ta’ 17% tal-familji jistennew li l-ekonomija f’pajjiżhom se tkompli teħżien. 

F’pajjiżna maggoranza ta’ 5% tal-familji qallu li jħossu li jaffordjaw li jidħlu għal konsum akbar min-normal. Dan filwaqt maggoranza ta’ 3% jemmnu li se jirnexxielhom ifaddlu aktar minkejja dan il-konsum akbar. Fl-Ewropa, b’kuntrast, maġġoranza tal-familji jgħidu li ma jistgħux jidħlu għal konsum kbir. Dan fid-dawl li jemmnu li l-qgħad ser jirranka, kontra dak li jħossu familji Maltin u Għawdxin li qed jistennew tnaqqis.

Anke fil-manifattura s-sentiment huwa ferm aħjar minn dak ta’ Jannar 2021. Maġġoranza ta’ kważi nofs tal-fabbriki ntervistati qallu li żiedi l-produzzjoni fl-aħħar xhur. Imma xorta dawn il-kumpaniji sostnew li għandhom aktar minn tlett xhur ta’ produzzjoni garantita f’ordnijiet li ġa rċivew. Biex ilaħħqu mal-ordnijiet maġġoranża ta’ 13% tal-fabbriki għalhekk qed jantiċipaw li se jkollhom iżidu l-ħaddiema fix-xhur li ġejjin.

Fis-servizzi għalkemm is-sentiment għadu positiv, dan huwa kemm xejn anqas milli kien fl-istess xahar sena qabel. Maġġoranza żgħira tal-operaturi tas-servizzi rrapurtaw tnaqqis fl-attivita fix-xhur li għaddew. Imma l-attivita mistennija tirkupra fix-xhur li ġejjin. Tant li maġġoranza ta’ aktar minn terz tal-kumpaniji f’dan il-qasam qed jantiċipaw li ser ikollhom bżonn jimpjegaw aktar ħaddiema. 

Fis-settur tal-bejgħ, is-sentiment huwa assolutament il-kontra ta’ dak li kien sena qabel, meta kien jirrenja pessimiżmu kbir. Maġġoranza ta’ 4% qallu li qed jistennew tkabbir aktar fiż-żmien li ġej.

Fil-kostruzzjoni, is-sentiment huwa ferm positiv, b’maġġoranza ta’ 16% tal-azjendi sostnew li għandhom bżonn aktar ħaddiema. Dan f’kuntest li dawn l-operaturi bħala medja qallu li għandhom xogħol b’lura għal aktar minn sitt xhur, jew darbtejn il-medja storika. 

Ekonomija

Sport