Friday, November 22, 2024

Kung-Fu Malta – Erba’ studenti ġodda fil-livell ta’ Brown Sash

Aqra wkoll

Aktar kmieni din is-sena, il-Malta Self-Defence Academy, tellgħet numru ta’ eżamijiet ta’  grad­wazzjoni fil-Mon Lung Kung Fu għal numru ta’ studenti tagħha. Dawn l-eża­mijiet kienu  parti­kolarment speċjali għall-Akkademja pe­ress li erba’ studenti kisbu ċ-ċintorin kannella  wara ħafna xhur ta’ taħriġ.

Dawn l-eżamijiet saru fil-bini tal-Akkademja, ġew­wa Fleur-de-Lys. L-istudenti kollha li ħadu sehem f’dawn l-eżamijiet ġew eżaminati fit-teorija u fil-prattika ta’ din l-Arti Marzjali li taf l-origini tagħha ġewwa pajjizna mill-fundatur Sifu Charles Gaffiero. 

Għal din is-sena, erba’ studenti temmew b’suċċess l-eżami għal-livell prestiġjuż  ta’ Brown Sash. Ta’ min isemmi, li waħda minn dawn l-istudenti, Nicole, għandha disa’ snin u hija  l-iżgħar studenta li laħqet dan il-livell minn meta twaqqfet l-Akkademja f’Malta.

Għal dawn l-eżamijiet, l-istudenti kellhom iwettqu sensiela ta’ tekniċi varji, bħal blocks, strikes bl-idejn u saqajn, juru numru ta’ forom (taolu), jiddefendu kontra numru ta’ attakki (inkluż attakki b’armi), filwaqt li juru wkoll taghrif tal-punti vitali fil-ġisem tal-bniedem.

Wara dawn l-eżamijiet, l-studenti gew ippreżentati bis-sashes (cintorini) u ċ-ċertifikati taghhom. Dan sar minn Sifu Mark Spiteri fil-preżenza tal-studenti kollha tal-Akkademja, li feraħ lill-istudenti kollha għal dan is-suċċess li lahqu wara xhur ta’ taħriġ intensiv.

L-istudenti li kellhom suċċess huma dawn:

Yellow Sash: Cylan Micallef, Damian Azzopardi, Liam, Giordano, Mikaela Borg.

Orange Sash: Eve Fiorini, Jack Zarb.

Green Sash: Michael Scicluna.

Blue Sash: Evan Gauci, Jana Formosa, Nicole Formosa.

Brown Sash: Jonathan Spagnol, Nicole Spiteri. Sean Fenech.

Bħalissa l-Malta Self- Defence Academy qed tistieden studenti ġodda li jixtiequ jingħaqdu fil- klassijiet tagħha tal-Kung Fu.

Dawn huma miftuħa kemm għal adulti kif ukoll għat-tfal.  Kull min hu interessat, jista’ jikkuntattja fuq dan in-numru tat-telefon +356 99841134 jew jibgħat email fuq [email protected]. Wieħed jista’ iżur ukoll il-pagna ta’ Facebook www.fb.com/selfdefencemalta

Sport