Wednesday, June 25, 2025

‘Kuntent ħafna bir-ritorn tiegħi ma’ Tarxien Rainbows FC, u qed inħares ‘il quddiem għall-isfida li għandna din is-sena fil-Malta Premier’ – Miguel Spiteri 

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Fil-jiem li għaddew, Tarxien Rainbows FC, ħabbru li l-eks goalkeeper internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Miguel Spiteri, ingħaqad uffiċjalment ma’ Tarxien Rainbows FC.

B’perjodi preċedenti ma’ Sta Lucia u Sirens, Miguel huwa isem magħruf sew u rispettat ħafna fil-futbol Malti. Fi stqarrija, Tarxien Rainbows FC qalu li d-determinazzjoni, l-għatx, u l-mentalità rebbieħa tiegħu huma eżattament il-kwalitajiet li kienu qed jittamaw li jġibu fl-iskwadra dan l-istaġun.

Ta’ nota huwa l-fatt li Miguel diġá lagħab mar-Rainbows fil-passat u b’hekk se jkun qed jagħmel ir-ritorn magħhom.

Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Miguel innifsu fejn tana iktar dettalji rifward kif qed iħares lejn ir-ritorn tiegħu mar-Rainbows: “Kuntent ħafna bir-ritorn tiegħi ma’ Tarxien Rainbows FC, u qed inħares ‘il quddiem għall-isfida li għandna din is-sena fil-Malta Premier.”

“Bis-sapport tal-partitarji tagħna u l-unitá bejn il-players u l-istaff, ninsab kunfidenti li se jkollna staġun li l-klabb u l-partitarji tagħna tassew jistħoqqilhom!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport