Wednesday, October 30, 2024

“Kuntent ħafna għax issa naf fejn qegħdin … determinat li nkompli nitjieb”

Kersten Mercieca jirnexxielu jagħti sfida denja lil leġġenda tal-arm wrestling

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kuntent ħafna li wasalt s’hawn, tinsiex li jiena nitħarreġ waħda dawn għandhom tim sħiħ. Issa naf fejn qiegħed il-livell tiegħi u determinat li nibqa’ naħdem biex insir aħjar.” Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-atleta Malti tal-arm wrestling Kersten Mercieca li fl-aħħar sigħat ikkompeta kontra Allen Ford – dak li hu sejjaħ bħala leġġenda f’dan l-isport – f’super match ta’ sitt rawnds fil-Kanada.

Mercieca rnexxielu jżomm l-isfida miftuħa biex rebaħ żewġ rawnds, iżda kif qal magħna hu stess, minkejja l-attitudni pożittiva li mar biha, id-determinazzjoni u l-passjoni għal dan l-isport li s’issa mhux biss ma ġiex rikonoxxut, iżda talli tħalla waħdu, kien jaf li din il-kompetizzjoni kienet xi ħaġa tal-ħolm u anke li wasal biex ipoġġi idu ma id arm wrestler daqshekk b’saħħtu kienet ħolma aħseb u ara li joħodlu żewġ rawnds. 

F’kitba ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li qegħdin isegwuh fuq il-midja soċjali Kersten qal li tgħallem ħafna minn din l-isfida u saħaq li minkejja li mhux faċli li jikkompeti f’pajjiż daqstant ’il bogħod mingħajr il-preżenza ta’ dawk li jħobb, kull messaġġ ta’ sapport li rċieva kompla jimlieh bil-kuraġġ biex ikompli jgħix din il-ħolma tiegħu.

Sport