Wednesday, December 25, 2024

“Kuntent li wasalt s’hawn bil-ħila ta’ dawk li emmnu fija”

Kersten Mercieca jasal f'Istanbul għall-kompetizzjoni East vs West

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Tħallejt waħdi imma fl-istess ħin qed inħoss il-preżenza ta’ dawk kollha minnkom li wrewni s-sapport. Mhux se nkun qiegħed nikkompeti waħdi u se nkun qiegħed inġorrkom kollha miegħi. Minn issa ’l quddiem ninsab kuntent li wasalt s’hawn imma se nagħmel minn kollox anke b’rispett lejn l-isponsors tiegħi”. Iddikjara dan Kersten Mercieca – l-armwrestler li wara tant sfidi rnexxielu jagħmilha sa Istanbul biex jikkompeti fl-East vs West. 

Fl-aħħar xhur huwa kien qiegħed jappella għall-għajnuna min-naħa tal-Istat biex ikun rikonoxxut, iżda sab intoppi minħabba li f’pajjiżna m’hawn biżżejjed atleti biex titwaqqaf federazzjoni. Huwa sostna f’intervista ma’ dan is-sit li ma jaffordjax li jaħli l-aħjar żmien tiegħu jitkarrab għal federazzjoni biex fl-aħħar mill-aħħar ikun jista’ jikkompeti bil-bandiera Maltija wara dahru. 

Fl-aħħar xhur Mercieca rnexxielu jiġbed l-attenzjoni tal-midja wara li rnexxielu jirbaħ kompetizzjoni fl-Italja li permezz tagħha rnexxielu jikseb postu f’din il-kompetizzjoni f’Istanbul.

Huwa se jkun qiegħed jikkompeti fl-East vs West s-Sibt li ġej 6 ta’ Mejju.

Ekonomija

Sport