Kuntistabbli li kmieni dalgħodu kien miexi lejn l-għassa taż-Żejtun biex jibda l-ħidma tiegħu, għażel li jibda qabel is-soltu billi jgħin persuna li kellha bżonn l-assistenza tiegħu.
Persuna kitbet fuq il-midja soċjali biex tirringrazzja lill-kuntistabbli li waqaf jgħin lill-membru tal-familja tagħha meta din ħassha ħażin minħabba li kien niżlilha z-zokkor.
Il-persuna li kitbet żiedet tgħid li dan il-kuntistabbli baqa’ mal-mara u bis-saħħa tiegħu tinsab f’kundizzjoni tajba.