Tuesday, September 24, 2024

”Kuntratt tal-waħx … €1.5 miljun fis-sena lil VistaJet u probabbilment dawn ma ġabux turist wieħed” – Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami  meta kien qed jitkellem  fuq l-estimi ta’ dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena finanzjarja 2020, qal li kien sar ftehim ma’ VistaJet biex din titħallas €1.5 miljun fis-sena għal tlett snin. Dan hu kuntrat tal-waħx, għax f’dan il-kuntratt hemm obbligazzjonijiet ċari ħafna lil min se nagħtu l-flus. Il-poplu Malti ħallas €1.5 miljun fis-sena għalxejn”.

Qal li “dan il-kuntratt ġie ffirmat f’Jannar tas-sena 2016. Kien intqal li din il-kumpanija se tgħin biex jinġabu aktar turisti u jiġu aktar turisti. Dan hu kuntratt li hu miżgħud bi żbalji. Isiru referenza għal paragrafi u klawsoli li tfittixhom u ma ssibhomx. Il-kundizzjonijiet jipprovdu li din il-kumpanija titħallas kull kwart tas-sena.  Din il-kumpanija kienet obbligata li qabel tibda s-sena tipprovdi programm ta’ kif biħsiebha tippromwovi lil pajjiżna.  Qalulna li l-ewwel programm se jkun fuq il-midja. Staqsejnihom u tawna biss kuntratt wieħed. Wara radmuna b’artikli li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ pajjiżna. Irriżulna li saret konferenza stampa li fiha attenda l-Ministru u għal din ħallas €50,000.  Ħallasna €35,000 biex ħallasna 140 ruħ raw artiklu fuq Malta.”

Kompla jgħid li “ħallasna €17,500 biex raw artiklu fuq Malta, 70 persuna. Ħallasna €50,000 għal intervista u fiha Malta ma tinstema’ qatt. Ħallasna €25,000 biex jiġi pubblikat artiklu u Malta ma tissemma imkien”.

Sostna li “kull meta ngħidulhom x’ħadna minn dan il-kuntratt, ma jidher li hemm xejn li iggwadanja. Il-probabbilità hi li ma ġabu l-ebda turist lejn Malta. L-industrija tat-turiżmu għandha bżonn l-għajnuna. Il-baġit tal-miljuni jiġu investiti mhux biex jiggwadanjaw il-magħżula, imma jintużaw biex din l-industrija tqum fuq saqajha”.

Sport