Ilbieraħ kien iċċelebrat Jum il-Forzi Armati. F’din l-okkażjoni, l-Armata
għamlet gwardja tal-unur f’Misraħ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn ingħata s-salut lill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, il-Ministru għall-Intern, isSigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri u l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Clinton O’Neill.
Wara saret quddiesa filKon Katidral ta’ San Ġwann, fejn l-Isqof Awżiljarju Joseph
Galea-Curmi, fl-omelija tiegħu, qal li din kienet ċelebrazzjoni ta’ ġieħ għall-uffiċjali
tal-armata li għażlu li jservu lil pajjiżna bl-akbar sens ta’ dehen, għaqal u dixxiplina.
“Meta nħarsu lejn il-missjoni tagħkom, niftakru f’kemm hu prezzjuż dan isservizz. Kull wieħed u waħda minnkom tridu taffaċċjaw sfidi differenti, kultant sitwazzjonijiet ta’ riskju u periklu, u tagħmlu għażliet diffiċli, mindaqqiet ukoll fi żminijiet kruċjali. U dan kollu jsir għalina, biex aħna, ċittadini ta’ dan il-pajjiż, nistgħu ngħixu fil-paċi u b’sigurtà, u jkollna moħħna mistrieħ,” qal l-Isqof Galea-Curmi.
Huwa temm b’appell lil dawk kollha li għażlu din ittriq li jkunu suldati fl-armata,
b’mod speċjali liż-żgħażagħ li għadhom jibdew f’din ilmissjoni. “Li tgħix għall-valuri tal-lealtà, id-dixxiplina, u s-servizz għall-oħrajn hija triq mimlija sfidi, imma wkoll triq mimlija sodisfazzjon”
“Nixtieqkom iżżommu dejjem f’moħħkom u f’qalbkom id-difiża tal-ħajja u tal-ġid komuni u għalhekk tkunu xempju ta’ dak li nistgħu niksbu meta nqiegħdu lilna
nfusna b’dedikazzjoni sħiħa għas-servizz tal-oħrajn.”