Id-difensur internazzjonali Malti Kurt Shaw se jkompli l-karriera tiegħu fl-Italja hekk kif iffrima ma’ Sorrento Calcio.
Shaw huwa meqjus bħala wieħed mid-difensuri ċentrali l-aktar talentużi ta’ Malta, u dejjem kellu l-ħolma li jkompli l-karriera tiegħu fil-futbol ’il bogħod minn pajjiżna.
L-istaġun li għadda, il-plejer ta’ 26 sena kellu rwol kbir biex jgħin lil Hibernians jirbħu l-FA Trophy, hekk kif skorja l-gowl rebbieħ f’rebħa ta’ 2-1 kontra Birkirkara fil-finali li ssiġillat ir-ritorn tal-Pawlisti fil-futbol Ewropew.
Il-kuntratt ta’ Shaw ma’ Hibernians skada fi tmiem l-istaġun, u filwaqt li l-Pawlini kienu lesti li joffrulu kuntratt ġdid, l-eks difensur ta’ Sliema Wanderers kien determinat li jipprova xortih ’il bogħod minn pajjiżna.
It-tim Taljan tas-Serie C Sorrento Calcio avviċinaw lil Shaw u offrewlu kuntratt għall-istaġun li ġej.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Shaw ivvjaġġa lejn l-Italja biex jagħmel eżami mediku u nhar it-Tlieta, iffirma kuntratt ta’ sentejn. Shaw issa se jibda l-preparamenti tiegħu tal-pre-season mal-klabb Taljan.
Matul il-karriera tiegħu, Shaw għamel 134 dehra fil-Malta Premier, fejn skorja 11-il gowl u pprovda tliet assists.
Id-difensur talentuż lagħab 29 darba mat-tim nazzjonali Malti.