Il-viċi-president tal-MFA, Matthew Paris, flimkien ma’ Stefan Abela, Manager CSR u Communications tal-Bank of Valletta, ippreżentaw it-trofew tal-Aħjar Player ta’ Jannar 2022 lil Kurt Shaw qabel il-logħba kontra Mosta, bil-player jagħżel lil Caritas Foundation biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l- unur prestiġjuż.
Il-Bank of Valletta huma mpenjati lejn il-Good Health u l-wellbeing bħala parti mill-impenji tal-ESG u bħala ċittadini responsabbli fil-kommunitá fejn jopera.
Id-difensur internazzjonali ta’ Sliema Wanderers, Shaw, 22 sena, skorja żewġ goals fix-xahar ta’ Jannar 2022, li f’żewġ logħbiet separati wasslu f’rebħiet ta’ 1-0 kontra Balzan u Sirens.
L-attribwiti tiegħu li jmexxi l-linja difensiva tat-team tiegħu ġiet innotata wkoll fl-erba’ logħbiet li l-Wanderers lagħbu f’dan ix-xahar.