Thursday, February 5, 2026

Kurt Shaw mistenni lura f’pajjiżna

Aqra wkoll

Id-difensur internazzjonali Malti Kurt Shaw mistenni lura pajjiżna fejn jista’ jkun li jirritorna ma’ Hibernians FC, għalkemm m’hemm xejn konfermat.

Dan wara li qatta’ l-aħħar xhur jilgħab ma’ Sorrento fl-Italja, iżda jidher li huwa kien viċin li jingħaqad ma’ klabb fil-Lega Pro, b’Sorrento b’hekk jilħqu jiffirmaw żewġ difensuri li jilagħbu fl-istess pożizzjoni ta’ Shaw.

Madankollu dan it-trasferiment ta’ Shaw fil-Lega Pro ma mmaterjalizzax, u b’hekk Shaw mistenni lura f’pajjiżna fis-sigħat li ġejjin biex jinagħaqad mal-Pawlisti.

Shaw huwa meqjus bħala wieħed mid-difensuri ċentrali l-aktar talentużi ta’ Malta.

L-istaġun li għadda, il-plejer ta’ 26 sena kellu rwol kbir biex jgħin lil Hibernians jirbħu l-FA Trophy, hekk kif skorja l-gowl rebbieħ f’rebħa ta’ 2-1 kontra Birkirkara fil-finali li ssiġillat ir-ritorn tal-Pawlisti fil-futbol Ewropew.

Matul il-karriera tiegħu, Shaw għamel 134 dehra fil-Malta Premier, fejn skorja 11-il gowl u pprovda tliet assists.

Huwa lagħab 29 darba mat-tim nazzjonali Malti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport