L-attakkant żagħżugħ mill-Georgia Kvicha Kvaratskhelia bħalissa qed joqgħod f’lukanda f’Napli wara li b’xorti ħażina għalih safa’ mira tal-ħallelin li daħlulu f’daru u serqu kulma sabu.
Sadanittant bosta gazzetti Taljani qed jispekulaw dwar il-futur tiegħu fejn diversi timijiet mill-Premier League Ingliż iridu s-servizzi tiegħu speċjalment wara l-wirjiet eċċezzjonali li pproduċa dan l-aħħar.
Madankollu, Kvaratskhelia jinsab ferm għal qalbu fir-reġjun tal-Campania u beħsiebu jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ dan il-klabb.