Saturday, December 21, 2024

Kwart ta’ miljun f’investiment għal enerġija rinnovabbli fuq binjiet tal-Gvern

Aqra wkoll

B’investiment ta’ €250,000 se tkun qed tinħareġ sejħa biex madwar għaxar binjiet governattivi jibbenefikaw minn pannelli fotovoltajiċi.  Kull applikazzjoni se tkun qed tilħaq il-massimu ta’ madwar 15kWp.

Għalhekk Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi li jkunu interessati għandhom jissottomettu Espressjoni ta’ Interess, fejn qed jiġu allokati €25,000 għal kull proġett.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Enerġija u Ilma Manuel Sapiano.

“Din l-inizjattiva se tkompli tippromwovi l-enerġija rinnovabbli, filwaqt li tingħata viżibilità aħjar lis-settur pubbliku biex bħala pajjiż inkomplu nimxu ’l quddiem lejn id-dekarbonizazzjoni. Permezz ta’ din l-inizjattiva qed jiġi stmat li se jiġu ġġenerati madwar 240MWh fis-sena, fejn se jkunu qed jiġu ffrankati madwar 100 tunellata t’emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena,” irrimarkat il-Ministru Dalli.

Il-Ministru Dalli żiedet tgħid li s-servizz pubbliku qed ikun ta’ eżempju għall-qalba lejn enerġija rinnovabbli biex b’hekk tiġi ġġenerata enerġija minn sorsi rinnovabbli. “Qed inkomplu nassiguraw stabbilità, filwaqt li nindirizzaw it-tibdil fil-klima, biex b’hekk inkomplu ntejbu kwalità ta’ arja aħjar,” kkonkludiet il-Ministru Miriam Dalli.

L-iskema mħabbra se tkun qed tikkontribwixxi wkoll lejn il-kisba tal-miri ta’ Malta dwar l-Enerġija Rinnovabbli hekk kif stabbiliti fil-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u Klima, fejn il-binjiet pubbliċi huma identifikati mill-istess pjan bħala riżorsa importanti għall-installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

Din l-inizjattiva, Malta se tolqot tliet miri tal-Ġnus Magħquda għall-Iżvilupp Sostenibbli:

•           SDG7 – Enerġija Nadifa u Affordabbli

•           SDG 13 – Miżuri Urġenti fil-Ġlieda Kontra t-Tibdil fil-Klima u l-Effetti tiegħu

Ekonomija

Sport