Saturday, December 21, 2024

Kważi 15,000 każ attiv… Imutu żewġ persuni oħra

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 14,632.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 922 każ ġdid filwaqt li 409 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 121, b’ħamsa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 482 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu raġel ta’ 65 sena u mara ta’ 69 sena waqt li kienu pożittiv bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,097,030 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 246,464 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport